Aktar kmieni llum, b’riżultat ta’ investigazzjonijiet kontinwi, l-Pulizija ressqet raġel ta’ 44 sena u residenti Ħal Qormi b’arrest fil-Qorti t’Għawdex, quddiem il-Maġistrat Dr Simone Grech, b’akkużi relatati ma’ serq, ħsara volontarja u kif ukoll li kien reċediv, fost oħrajn.
Ir-raġel allegatament wettaq diversi serqiet minn ġo residenzi f’lokalitajiet differenti f’Għawdex, li fihom insterqu ammont konsiderevoli ta’ ġojjellerija u flus kontanti.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Ritratt: lematinal