Raġel ta’ 35 sena minn Ħal Qormi weġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fis-Siġġiewi.
L-inċident seħħ għal xi t-tlieta u kwart tal-bieraħ waranofsinhar fi Sqaq Bur il-Kbir.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li seħħet ħabta bejn Toyota Aygo, misjuqa minn Żvizzeru ta’ 61 sena, u mutur Piaggio, misjuq mill-vittma.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.