Raġel ta’ 45 sena minn Ħal Għaxaq jinsab fil-periklu tal-mewt wara li kmieni dalgħodu, għall-ħabta tal-5.15, instab mal-art f’komun ta’ blokka fi Triq il-Merill, Ħal Għaxaq.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u sejħu għal tim mediku.
Il-vittma ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura serja.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.