Raġel ta’ 45 sena mill-Qala tressaq il-Qorti, quddiem il-Maġistrat Dr. Paul Coppini, akkużat li nhar l-Erbgħa li għadda ikkaġuna ġrieħi ħfief fuq mara kif ukoll talli volontarjament agħmel ħsara fuq vettura tat-tip Renault Clio.
Ir-raġel ġie akkużat ukoll talli kiser ordni tal-Qorti li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien tlett snin kif ukoll talli rrenda ruħu reċediv.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi hekk kif miġjuba fil-konfront tiegħu. Huwa ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.