Raġel ta’ 32 sena mill-Imsida ġie arrestat b’rabta ma’ kaċċa llegali.
Il-każ seħħ il-Ħamis għall-ħabta tas-sebgħa u kwart ta’ filgħaxija, meta il- il-Pulizija mis-sezzjoni tal-Infurzar tal-Liġi Amministrattiva magħrufa bħala l-ALE, irċeviet rapport li fl-inħawi taż-Żebbiegħ kienu għadhom kemm instemgħu żewġ tiri li x’aktarx kienu immirati lejn ċikonja sewda, tajra protetta.
Aktar tard il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit irnexxielhom iwaqqfu l-vettura fl-inħaw ta’ Ħal Għargħur, fejn fil-vettura tar-raġel instabet arma tan-nar immodifikata li kienet ikkargata u moħbija wara s-seat. Fit-tfittxija ġew elevati wkoll arma tan-nar u xi oġġetti oħra.
Is-suspettat ittieħed fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u għadu qiegħed jinżamm għal iktar stħarriġ.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-ħin li ġej.