Raġel ta’ 29 sena residenti l-Gżira sofra minn ġrieħi gravi wara li kien qed isuq vann tat-tip Toyota HI-ACE u kellu impatt ma’ karozza tat-tip Toyota Yaris msjuqa minn mara ta’ 41 sena minn San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6:30am fi Triq il-Qawra, il-Qawra meta fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lir-raġel li aktar tard ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.