Raġel ta’ erbgħa u erbgħin sena mill-Gżira ġie arrestat b’rabta ma’ attentat ta’ ħruq ta’ bieb ta’ dar f’Ħal Luqa.
Il-Każ seħħ fid-dsatax ta’ Diċembru tas-sena l-oħra fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu fi Triq il-Wilġa.
Fil-ħin tal-inċident kien hemm xi persuni fid-dar iżda fortunatament ħadd ma weġġa’.
l-investigazzjoniiet tmexxew mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali u dawk mid-Distrett ta’ Ħal Luqa li wasslu sabiex ġie identifikat r-raġel li allegatament wettaq dan ir-reat.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.