Raġel ta’ 23 sena mill-Gambja ġie arrestat wara allegatament kien qiegħed jitraffika d-droga kannabis.
Huwa ġie arrestat ilbieraħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, hekk kif il-pulizija kellha informazzjoni li fl-inħawi ta’ Fra Ben, fil-Qawra, kien hemm persuna suspettata li kienet fil-pussess tad-droga, li kienet se tinbiegħ.
Hawnhekk marru l-pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, fejn bdew josservawh fejn allegatament anke avviċina xi persuni sabiex ibiegħ id-droga,
Wara li osservatu, il-pulizija arrestat lir-raġel u nstab fil-pussess ta’ 45 pakkett suspetta ħaxixa tal-kannabis.
Huwa se jitressaq il-Qorti għall-ħabta tal-ħdax quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Claire Stafrace Zammit.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.