Raġel ta’ ħamsa u ħamsin sena minn Ħal Balzan li jgħix waħdu ndarab serjament f’nirien li tkebbsu fir-residenza tiegħu f’Birkirkara.
Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda għall-ħabta ta’ nofsillejl fi Triq il-Papa Piju XII f’Birkirkara bin-nirien jidher li oriġinaw mill-kamra ta-sodda u nfirxu mal-kumplament tal-appartament.
Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili marru mill-ewwel fuq il-post fejn sabu lir-raġel u tawh l-ewwel għajnuna.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifikat li ndarab serjament.
Dwar il-każ inħatret inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.