Raġel indarab gravi wara li ntlaqat minn tir meta ntużat arma waqt argument fil-Gżira.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu fi Triq ix-Xatt fil-Gżira qrib stabbiliment meta seħħ argument bejn tlett irġiel fejn intużat arma bil-konsegwenza li ndarab raġel.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li ndarab gravi.
L-identità tal-irġiel għadha mhix magħrufa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.