Kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-tlieta, raġel mgħammad u armat b’sikkina wettaq serqa f’ħanut fi Triq Manwel Dimech, f’Ħal Qormi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-investigazzjoni tal-Pulizija rriżulta li r-raġel ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
Il-kaxxier ma’ sofra l-ebda ġrieħi.
Il-Maġistrat tal-Għassa Leonard Caruana kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.