Raġel mgħammad u armat b’sikkina wettaq serqa minn ħanut tal-logħob fi Triq il-Qroll, San Pawl il-Baħar.
Il-każ seħħ illum għall-ħabta ta’ nofshinar, meta l-allegat ħalliet daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-impjegata, mara ta’ 21 sena.
L-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħalliel.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Elaine Mercieca u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.