Raġel li kien mgħammad u armat b’sikkina daħal jisraq f’ħanut tal-logħob.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa u nofs fi Triq il-Prinċipess Margerita, Ta’ Xbiex.
Fuq il-post assitew minnufih uffiċjali tal-Pulizija, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li l-allegat ħalliel ħarab minn fuq il-post wara li seraq ammont ta’ flus kontanti li talab mingħand l-impjegata, mara ta’ 22 sena.
Fortunatament, ħadd ma weġġa’ f’dan il-każ.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.