Raġel mgħammad, daħal fil-ħanut, talab il-flus lill-kaxxiera u ħarab minn fuq il-post b’ammont ta’ flus kontanti.
Il-każ ġara għall-ħabta ta’ nofsinhar, meta l-Pulizija ġew infurmati li kienet seħħet din is-serqa minn ħanut fi Triq Mikielanġ Sapiano, Ħaż Żebbuġ.
Il-Pulizija marru mmedjatament jagħmlu ronda fl-inħawi tal-madwar fejn hemm hekk sabu lis-suspettat, raġel ta’ 52 sena residenti r-Rabat, li kien qed jinżamm min xi nies.
Huwa ġie arrestat u qed jinżamm mill-Pulizija għall-aktar investigazzjonijiet.