Ammont ta’ flus kontanti dalgħodu nsterqu minn ħanut tal-merċa fi Triq San Ġorġ, San Ġiljan.
Kien ftit wara s-5.45a.m. li l-Għassa ta’ San Ġiljan kienet infurmatha li kien intlemah raġel b’cash register f’idejh jiġri ‘l barra mill-istabbiliment imsemmi.
Għalhekk, il-Pulizija tad-Distrett minnufih marru fil-ħanut imsemmi, fejn hemmhekk instab impjegat t’għoxrin sena li kien allegatament safa vittma ta’ serqa.
Fil-fatt, minn investigazzjonijiet preliminari jirriżulta li ħabta u sabta daħal raġel mgħammad u armat b’sikkina wara l-bank, imbotta lill-imsemmi mpjegat u ħataf il-cash register qabel ħarab.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.