Raġel miet u mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet siġra fuq il-vettura tagħhom fl-Mrieħel.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 tas-Sibt filgħodu. Fuq il-post issejjah tim mediku mill-Isptar Mater Dei flimkien ma numru ta’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili fejn ħargu lill-vittmi mill-karozza.
Bħalissa it-triq tinsab magħluqa għat-traffiku.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa. L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Ispettur Rodrick Spiteri.