Il-pulizija qiegħda tinvestiga l-mewt ta’ raġel Malti li nstab mejjet kmieni dalgħodu fil-Marsa.
Il-katavru tar-ragel li l-età tieghu għadha mhix magħrufa nstab bla ħajja fi triq it-Tiġrija.
Sorsi qrib l-investigazzjonijiet tal-pulizija mhux jeskludu li r-raġel seta’ miet b’kawża ta’ teħid eċċessiv ta’ droga.
Dwar il-każ infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat tal-għassa Audrey Demicoli.
Il-pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.