Darren Brincat, ta’ 43 sena ammetta li seraq cash register minn ħanut tal-ikel f’Ħal-Qormi.
Huwa ġie arrestat nhar il-ġimgħa li għadda fid-dar tiegħu f’Ħal Qormi stess, wara li nqabad mill-filmati tas-CCTV miġbura minn fuq il-post.
Fil-filmati l-akkużat deher jidħol fil-ħanut għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ filgħodu, liebes parrokka waqt li jxejjer pipe u ħarab minn fuq il-post b’karozza tat-tip Opel Astra, griża.
Fil-Qorti, l-Ispettur Stephen Gulia rrimarka li l-cash register li seraq Brincat, aktar tard irriżulta li kienet vojta.
Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-akkużat ħareġ mill-ħabs xahrejn ilu u minkejja li pprova jirrijabilita ruġu, reġa’ waqa’ għall-vizzju tad-droga.
Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispetturi Lydon Zammit, Stephen Gulia u James Mallia.
Huwa se jibqa’ jinżamm fil-kustodja tal-pulizija sakemm jingħata l-verdett tal-każ.