Raġel liebes ta’ pulizija qatel minn tal-inqas 16-il persuna fil-provinċja ta’ Novia Scotia fil-Kanada.
Għal madwar 12-il siegħa r-raġel suspettat qatel diversi persuni f’żoni differenti ta’ din il-provinċja. L-agressur inqatel mill-Pulizija.
Fost il-mejtin hemm Kuntistabbli mara, Heidi Stevenson, li serviet fil-Korp tal-Pulizija Kanadiża għal 23 sena.
Il-Pulizija avżaw li n-numru ta’ vittmi jista’ jkompli jikber.
Għal dan l-attakk irreaġixxa l-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau hekk kif iddeskriva s-sitwazzjoni bħala waħda terribli.