Marcel Andres Ekvall Parada, Żvediż ta’ 24 sena li jgħix f’Tas-Sliema, ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li kien akkużat li stupra kollega.
Huwa tressaq il-Qorti mill-Ispetturi Paula Ciantar u Joseph Xerri, li akkużawh ukoll li kien fil-pussess tad-droga kokaina.
Il-vittma, li kienet diġà xhedet f’seduta oħra, naqset milli tkun preżenti għas-seduta li saret l-Erbgħa flimkien ma’ ħabibtha.
Il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia tat il-ħelsien mill-arrest lil Parada fuq depożitu ta’ 8,000 ewro u garanzija personali ta’ 22,000 ewro.
Il-Qorti ordnat ukoll protezzjoni favur il-vittma u x-xhud tagħha, bl-akkużat ġie mwissi biex ma jersaqx lejn is-Swieqi u l-postijiet tax-xogħol tax-xhieda.