Imħallef se jkun qed jiddeċidi dwar talba ta’ ħelsien mill-arrest għal raġel li qed jaffaċċja proċeduri ta’ estradizzjoni lejn l-Italja u hemmhekk jiġi mixli b’akkużi ta’ traffikar t’għaxar kilogrammi droga.
Quddiem l-Imħallef Francesco Depasquale l-Avukati Difensuri qalu kif ir-raġel għandu jingħata l-ħelsien, hekk kif qed jinkisrulu xi drittijiet.
Fis-seduta, l-Avukat fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ma oġġezzjonax għal din it-talba, iżda saħaq kif diġà ġie miċħud il-ħelsien qabel.
L-akkużat kien fetaħ ukoll każ kostituzzjonali, fejn argumenta li jekk dan jintbagħat lura lejn l-Italja, ikunu qed jinkisrulu d-drittijiet fundamentali tiegħu.