Is-sentenza oriġinali ta’ sitt snin ħabs ta’ Deniro Bugeja, li kien instab ħati li kkorrompa tifla ta’ 15-il sena, tnaqqset bin-nofs għal tliet snin. Il-Qorti tal-Appell iddeċidiet li għall-każ tiegħu kellhom japplikaw liġijiet kriminali qodma aktar milli dawk ġodda, aktar ħorox, li kien iġġudikat bihom.
Kien f’Marzu li għadda meta huwa nstab ħati li għamel att sesswali ma’ minorenni. Huwa nħeles minn akkużi ta’ stupru wara li Qorti qalet li ma temminx il-verżjoni tat-tfajla, filwaqt li nnotat li l-eżamijiet mediċi ma sabu l-ebda evidenza ta’ sfurzar jew swat.
Aktar kmieni din is-sena, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ħelset lill-akkużat mill-aktar akkużi serji li affaċċja u minflok sabitu ħati biss tal-akkuża iżgħar li kellu x’jaqsam sesswalment ma’ minorenni.
Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Qorti tal-Appell, magħmula mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti, l-imħallef Edwina Grima, u l-imħallef Giovanni Grixti qablu ma’ dak ir-raġunament legali.
Għalhekk, il-qorti tal-appell iddeċidiet li s-sentenza ta’ sitt snin ħabs ta’ Bugeja għandha titnaqqas għal tlieta.