Llewwlyn Xerri ta’ 29 sena, li kien irrapportat nieqes il-ġimgħa li għaddiet, tressaq il-Qorti b’rabta ma’ akkużi ta’ vjolenza domestika u serq. Hu ġie arrestat wara li l-Pulizija rċevew informazzjoni li kien jinsab fil-Każin tal-Banda ta’ San Ġiljan.
Fil-Qorti ġie mixli li seraq il-flus mingħand kollega tiegħu kif ukoll li weġġa’ ħafif lill-eks sieħba, li kellha ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tiegħu.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hu nżamm arrestat, filwaqt li nħareġ divjett fuq l-isem tal-vittma.