Illum għall-ħabta tas-siegħa u nofs, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq Ġorġ Borġ Olivier, Mellieħa.
Raġel ta’ 39 sena, li jirrisjedi Birkirkara, waqt li kien għaddejj fuq ir-rota, ġie milqut minn quadbike misjuq min raġel ta’ 57 sena, li jirrisjedi Poala.
Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 39 sena ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.