Raġel ta’ 35 sena mill-Imtarfa miet wara li deher li tagħtu ‘fit’ waqt li kien qed jinżamm arrestat fil-Lock-Up tad-depot.
Fi stqarrija l-pulizija qalet li l-każ seħħ għall-ħabta tal-3:40 ta’ filgħodu.
Ir-raġel ingħata l-assistenza medika u anke ntużat l-AED, filwaqt li ssejjaħ tim mediku fuq il-post.
Huwa ġie arrestat għall-ħabta tan-nofsiegħa ta’ filgħodu mill-membri tar-Rapid Intervention Unit wara li fi tfittxija li saret instabet id-droga fil-pussess tiegħu.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan għadhom għaddejjin.