Eritrean ta’ wieħed u tletin sena li m’għandux indirizz fiss f’Malta wieġeb mhux ħati meta ttella’ l-Qorti mixli b’fastidju sesswali fuq żewġ tfajliet ta’ ħmistax -il sena.
Il-każ seħħ nhar id-19 ta’ Lulju ta’ din is-sena f’Tas-Sliema.
Il-prosekuzzjoni akkużatu li ġab ruħu b’tali mod li jammonta għal fastidju tant li kkawża biża’ fiż-żewġ tfajliet.
Ġie mixli wkoll li ssoġġetta persuna oħra għal imġiba b’konnotazzjonijiet sesswali, talli kien xurban, talli jgħix ħajja ta’ għażż u talli sar riċediv.
Fil-Qorti ġie spjegat, li nhar il-25 ta’ Lulju, il-pulizija daħlilha rapport li f’The Strand f’Tas-Sliema, raġel li qabad persuna minn idejha iżda din irnexxielha taħrab.
Meta l-pulizija marret fuq il-post, arrestat lir-raġel u ġie nnotat li r-raġel li ġie arrestat kien l-istess persuna li allegatament wettaq l-ewwel reat fuq it-tfajliet ta’ ħmistax -il sena.
Ir-raġel baqa’ jinżamm arrestat hekk kif ma saret l-ebda talba għall-ħelsien.