Raġel li allegatament faqa’ t-tambur ta’ widnejn is-sieħba tiegħu waqt li kienu qegħdin Għawdex ingħata l-ħelsien mill-arrest hekk kif dehru x-xhieda fil-Qorti.
Hawn xehdet l-allegat vittma li qalet li l-koppja kienu ilhom jixorbu kważi ġurnata sħiħa u l-għada tal-allegat reat, kellha problemi bis-smigħ, u għalhekk marret l-isptar.
Xehed ukoll it-tabib li ra lill-mara wara l-argument, li spjega kif huwa rreferiha għal speċjalista.
L-imputat ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €10,000 u ġie ordnat jiffirma fl-għassa darbtejn fil-ġimgħa.