Raġel ta’ 45 sena residenti l-Bidnija qed isofri minn ġrieħi gravi wara li żelaq fi Triq Xatt is-sajjieda, Marsaxlokk.L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 14.30. Il-Pulizija sabu lir-raġel mitluf minn sensieħ.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.