Raġel iddaħħal l-isptar b’urgenza wara li waqgħet irħama fuqu ġewwa ċentru akwatiku f’Baħar iċ-Ċagħaq. Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Il-ħaddiema tas-salvataġġ ħarġu lir-raġel minn taħt l-irħama u tawh l-ewwel assistenza fuq il-post għall-ġrieħi li ġarrab f’saqajh qabel ma ħaduh l-isptar Mater Dei għall-kura.
Minn informazzjoni li kiseb one.com.mt jidher li r-raġel ġarrab ksur f’riġlejh madankollu ma jinsabx fil-periklu tal-mewt.