Raġel ta’ nazzjonalità Albaniża ttieħed l-isptar Mater Dei wara li waqa’ minn għoli f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Luqa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:30 meta għal xi raġuni ħaddiem li kien qed jaħdem minn fuq scaffolding f’sit ta’ kostruzzjoni waqa’ minn għoli.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.