Raġel ittieħed l-isptar Mater Dei wara li waqa diversi sulari minn appartament fil-Qawra.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sitta u kwart il-Ħadd filgħaxija fi Triq il-Paġell.
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet lir-raġel l-Isptar.
Fuq il-post tal-inċident kien hemm evidenti ammont ta’ demm. Intant, Xhieda fuq il-post qalu li r-raġel waqa’ mill-gallerija tal-appartament tiegħu xħin kien qiegħed ma’ sħabu.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizila għal dan il-każ għadhom għaddejjin.