Raġel ta’ 53 sena residenti ż-Żurrieq qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ madwar seba filati minn fuq kontejner waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.
L-inċident seħħ fi Triq Valletta, Ħal Luqa għall-ħabta ta’ 9.00.
Fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tassisti lill-vittma. Huwa ttieħed mmedjatament l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr C Scerri Herrera li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.