Raġel ta’ 55 sena residenti l-Imtarfa, qiegħed isofri minn ġrieħi gravi wara li weġġa’ f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq ta’ Slampa, l-Imtarfa.
Il-Pulizija kienu nfurmati għall-ħabta tas-07:10 ta’ filgħodu, li kien hemm bżonn l-assistenza fl-imsemmija triq minħabba li kien weġġa’ raġel f’sit ta kostruzzjoni.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra xi ġrieħi meta waqa’ madwar sular.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza li ħadet lil vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.