Raġel li l-eta tiegħu għadha mhux magħrufa ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara li waqa’ fiż–żona magħrufa bħala tal-Fajtata f’Marsaskala. Minkejja li r-raġel ma waqax minn ebda għoli, jidher li ġarrab xi ġrieħi. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-21:00 meta r-raġel kien flimkien ma’ grupp ta’ ħbieb.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhux magħrufa.
Il-Pulizija qed tinvestiga dan il-kaz.