Raġel ta’ 56 sena mill-Gudja ddaħħal l-isptar Mater Dei għall-kura li ntlaqat minn karozza f’Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ għall-ħamsa u nofs ta’ filgħodu fi triq l-Imdina.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta l-vitma ntlaqat minn karozza tat-tip Toyota Corsa li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 39 sena li joqgħod il-Marsa.
Il-kundizzjoni tar-raġel għadha mhix magħrufa u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.