Tliet vetturi kienu involuti f’ħabta fi Triq Durumblat, il-Mosta.
Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 66 sena residenti Santa Venera li kien qed isuq karozza tat-tip Skoda Fabia, tilef il-kontroll.
Bil-konsegwenza li spiċċa fuq il-karreġġata opposta. Kawża ta’ dan is-sewwieq baqa’ dieħel f’karozza Chevrolet Kalos u Ford Focus li kienu f’din il-karreġġata fil-ħin tal-inċident.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.
Ritratt: TVM