Raġel ittieħed l-isptar Mater Dei wara li sab diffikultà fil-baħar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofsinhar fil-bajja ta’ San Ġiljan.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Kelliem tal-Pulizija qal lil ONE News, li r-raġel sab diffikultà wara li ħassu ma jiflaħx.
Il-persuna talbet għall-għajnuna u sab l-għajnuna minn nies li kienu fil-viċin.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza u fuq il-post marru wkoll il-pulizija.