Raġel Malti ta ’ 59 sena li kien jinsab mizmum arrestat fil-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ttieħed l-isptar Mater Dei wara li pprova jweġġa’ lilu nnifsu.
Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tad-9:15 meta intervent immedjat tal-Pulizija waqqaf din l-azzjoni u r-raġel ma ġarrab ebda ġrieħi. Bħala prekawzjoni l-persuna xorta ittieħdet l-isptar Mater Dei.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.