Aġġornata:
Brian Xuereb, ħareg mill-periklu tal-mewt u jinsab taħt osservazzjoni.
Is-Sinku ta’ Ħal Għaxaq wassal il-ħsibijiet tal-familja tiegħu.
Aktar kmieni:
Raġel jinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Wied Għar Dalam, f’Ħal Għaxaq. L-inċident seħħ illum għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu.
Ir-raġel ta’ 41 sena residenti Ħal Għaxaq kien qiegħed jaħraq xi skart relatat mall-ħruq tan-nar fil-wied meta seħħet splużjoni żgħira.
Dan il-ħruq seħħ metri bogħod mill-kamra tan-nar ta’ Santa Marija.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll Ambulanza. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Sorsi infurmati qalulna li r-raġel huma membru tal-Forzi Armati ta’ Malta fit-taqsima tal-Explosives Ordinance Disposal.
Is-Sindku ta’ Ħal Għaxaq irreaġixxa fuq Facebook: