Ukren ta’ 52 sena minn San Ġiljan indarab gravi waqt li kien qed jagħmel xi xogħlijiet fuq karozza f’Ħaż-Żebbuġ.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:10 fi Triq l-Imdina f’Ħaż-Żebbuġ meta r-raġel kien qed jaqla’ rota ta’ karozza bil-konsegwenza li l-ħadida li kien qed juża taret għal wiċċu.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.