Raġel indarab ħafif wara li kien involut f’inċident f’sit ta’ kostruzzjoni f’Ħal Far.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15 f’sit ta’ kostruzzjoni waqt li r-raġel Serb ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Baħar kien qed jagħmel xi xogħol b’pompa tal-konkoss meta għal xi raġuni ndarab.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lir-raġel l-isptar biex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.