Raġel ta’ 28 sena minn Ħaż-Żebbuġ qed jingħata l-kura l-Isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku f’Santa Venera.
One.com.mt jinsab infurmat li l-inċident kien jinvolvi tliet vetturi, mutur li kien qed jinstaq mir-raġel ta’ 28 sena u żewġ karozzi li kienu qed jinstaqu minn tfajla ta’ 20 sena minn Birkirkara u żagħżugħ ta’ 20 sena minn Ħal Luqa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-sebgħa u nofs taħt il-mini ta’ Santa Venera.
Fuq il-post immedjatament waslet ambulanza b’tim mediku li ħadet lix-xufier tal-mutur l-isptar.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.