Dalgħodu, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħodu, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Marsaxlokk, Marsaxlokk.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u mill-ewwel rriżulta li Libjan ta’ 35 sena residenti l-Imsida tilef il-kontroll tal-karozza li kien qed isuq fejn baqa’ dieħel f’arblu u ħajt.
Fil-vettura miegħu kien hemm Libjan ieħor ta’ 28 sena residenti s-Swieqi.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 28 sena l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.