Raġel ta’ 46 sena mill-Gżira ddaħħal l-isptar wara li Confectionery nħakem minn nirien fil-Gżira.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-22:40 fi Triq Sir Frederick C. Ponsonby fil-Gżira meta għal xi raġuni l-ħanut inħakem minn nirien.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn ikkontrollaw in-nirien kif ukoll ambulanza fejn ħadu lir-raġel l-isptar biex jingħata l-kura meħtieġa wara li bela’ xi dħaħen.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.
B’rabta ma’ dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace.