Raġel ta’ 36 sena, li kien qed isuq Toyota Vitz, ittieħed l-Isptar Mater Dei, wara li tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu.
Il-każ seħħ kmieni għal ħabta tat-7:50am fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa, meta ir-raġel tilef il-kontrol tal-vetura u baqa’ dieħel fi crash barier u arblu tad-dawl.
Immedjatament fuq il-post intalbet l-għajnuna ta’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li taw l-ewwel kura medika lill-vittma sakemm ittieħed l-isptar permezz ta’ ambulanza. Kien hemm preżenti wkoll uffiċjali minn Transport Malta biex jidderiġu t-traffiku.
Huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija tad-Distrett.