Żewġt irġiel jinsabu fil-periklu tal-mewt wara ħabta f’arblu fl-Imrieħel.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tat-8:00 fi Triq l-Intornjatur, fl-Imrieħel.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li raġel ta’ 40 sena, minn Ħaż-Żabbar kien qed isuq vettura tat-tip Toyota Vitz, meta għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lix-xufier u żewġ passiġġiera l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iż-żewġ passiġġiera, wieħed ta’ 40 sena, minn Birkirkara u żagħżugħ ta’ 24 sena minn Santa Venera, ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi serji, filwaqt li x-xufier għadu ma ġiex iċċertifikat.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr I Farrugia LLD li ħatar inkjesta maġisterjali, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.