Tilef ħajtu Martin Kalincev, iż-żagħżugħ ta’ 28 sena mill-Maċedonja u li joqgħod l-Imsida wara li dalgħodu ħa xokk waqt li kien qed jagħmel xogħol f’Ħ’Attard.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30AM fi Triq il-Ħatab meta ż-żagħżugħ kien qed jagħmel xi xogħol fuq cherry picker u laqat xi wires tal-elettriku.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiaq li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-Inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.