Raġel ta’ 47 sena minn Marsascala sofra ġrieħi gravi wara li ċeda s-saqaf bih waqt li kien fuq il-bejt ta’ residenza fi Triq Għar Ġobon f’Birkirkara.
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei mmexxi mit-tabib Dr Michael Spiteri flimkien ma’ ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li mexxew l-operazzjoni ta’ salvataġġ.
Hu ttieħed l-isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.