Raġel ta’ 68 sena residenti l-Ħamrun weġġa’ gravi wara li tilef il-kontroll tal-vann li kien qed isuq u ħabat ma’ arblu tad-dawl.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħamsa u nofs ta’ waranofsinhar fi Triq Dun Karm, l-Imsida.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post issejħu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku sabiex jassistu, u ambulanza ħadet ir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.