Xufier ta’ trakk ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura wara inċident fi Triq id-Difiża Ċivili, quddiem il-Lidl tal-Mosta.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-16:00 meta għal xi raġuni baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl.
Is-sewwieq, li għandu 44 sena u residenti r-Rabat, kien qed isuq trakk tat-tip Iveco.
Huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.